Għal min ħaseb li ma nafux id-differenza bejn sid ta’ kumpanija, direttur/azzjonist jew intermedjarju
Updated: Sep 21
Biex jippruvaw jilqgħu għall-aħbarijiet dwar il-Panama Papers, il-PN beda kampanja biex jgħid li intermedjarji finanzjarji u azzjonisti ma għandhom x’jaqsmu xejn ma’ sidien tal-kumpaniji.
Fil-fatt tal-PN jafu sew x’inhuma intermedjarji jew azzjonisti jew diretturi fuq kumpaniji f’tax havens. Għandhom tliet ex Ministri li jaħdmu f’dan il-qasam, għandhom min imexxi kollox qiegħed konsulent ta’ kumpanija li hija intermedjarja ta’ 72 soċjeta rreġistrati f’tax havens, għandhom il-president tal-partit b’kumpanija sussidjarja li topera fil-Panama u għandhom ukollex teżorier li huwa direttur ta’ fiduċja f’isem oħrajn u l-lista tkompli.
Dawk żgur li jafu x’inhi d-differenza. Imma aħna wkoll nafu x’inhi d-differenza.
Id-differenza hija waħda u unika.
Sid ta’ kumpanija ikollu kumpanija waħda.
Intermedjarji, jew azzjonisti jew diretturi ta’ fiduċja f’isem ħaddieħor iwaqqfu l-kumpaniji u jkunu involuti f’ħafna iktar minn kumpanija waħda.
Pereżempju, il-kumpanija EMD li timpjega bħala konsulenti lil Richard Cachia Caruana u Noel Buttigieg Scicluna hija illinkjata ma’ 72 kumpanija.
Dan ifisser li huma b’xi mod jew ieħor involuti f’dawn il-kumpaniji kollha.
Comments