Għall-Partit Laburista nagħmel dak li hu meħtieġ
Updated: Sep 21
Il-preżentatur tal-PN Norman Vella (li jaħdem mal-gvern u għandu blog jgħid kontra l-Labour) ħa ftit pubbliċita minn fuq dahari llum u ssemma’ fl-aħbarijiet għax ħabbar “Il-kandidatura ta’ Glenn Bedingfield” fuq it-Tieni Distrett.
Bħall-lum 24 sena il-Partit kien tilef l-elezzjoni li saret fit-22 ta’ Frar 1992. Ftit wara dik l-elezzjoni l-partit beda proċess ta’ bidla li wassal biex sa 5 snin wara kien il-partit li kellu maġġoranza, liema maġġoranza tlifniha wara 22 xahar.
Kienu żminijiet diffiċli għal kull min jemmen fil-prinċipji soċjal demokratiċi, għal dawk li bħalna konna għadna kif bdejna naħdmu fil-partit u għal kull min jappoġġja lill-Partit Laburista.
Issa li Malta għandha ekonomija b’saħħitha, jista’ jħares ‘il quddiem biex ikompli jwettaq il-bidla li dan il-pajjiż kellu bżonn wara żmien twil ta’ amministrazzjonijiet Nazzjonalisti. Partit li jħares ‘il quddiem biex jibqa’ forza politika għall-lum u għal għada, għaldaqstant kif diġa ddikjarajt, għall-Partit Laburista nagħmel dak li hu meħtieg li jsir.
Comments