Għall-PN Orange is the new Black
Updated: Sep 21
Il-Partit ta’ Marlene Farrugia għadu anqas twieled u diġa’ qed jinkwetaw fuqu. Mhux biżżejjed għandhom lill-Labour se jkollhom oħra teħdilhom il-voti. Għaliex skont ix-xejra tal-opinjoni pubblika, hemm iktar Nazzjonalisti li jaslu jivvotaw għal partit ta’ Marlene Farrugia milli hemm Laburisti li lesti jgaħmlu hekk.
L-ex konsulent ta’ George Pullicino u ex lecturer li kien iraqqad lil kulħadd, Antoine Vella, il-PN għandu joqgħod attent ħafna minn Marlene.
Jidher li meta tħabbar il-Partit il-ġdid tagħha Marlene se tuża l-oranġjo, għalhekk għall-PN Orange is the new Black.
Iżda jidhirli li l-oranġjo huwa l-kulur li għażlu l-patrijotti Maltin għal partit tagħhom. Xi ħadd irid jibdel il-kulur.
Comments