top of page

Ghandu ghalfejn jitkaza Demarco!

Archive
Feb 15, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Fost il-hafna Nazzjonalisti li tkazaw u kkritikaw lil Prim Ministru u lil mara tieghu Michelle fuq l-uzu tal-karozzi kien hemm il-Vici Kap Mario de Marco li mar fuq Facebook jattakka lil Prim Ministru u lil mara tieghu.

Ghandu ghal x’hiex jitkaza wkoll!

Kif tixhed din il-mistoqsija Parlamentari taht dan l-artiklu, il-poplu Malti ilu mit-2010 ihallas xufier u karozza bl-ispejjez kollox koperti ghas-sinjura Violet de Marco, il-mama’ ta’ Mario de Marco.

Id-decizjoni kienet ittiehdet mill-gvern precedenti u dan il-gvern zamma, ghalkemm in-nisa tal-ex Presidenti u Prim Ministri m’ghandhom ebda rwol governattiv jew istituzzjonali madankollu qed jintwera lejhom certu rispett ghas-servizz li taw lill-istat.

Imma n-Nazzjonalisti l-kelma rispett ma jafux biha.

Ta’ Michelle Muscat jaraw zejda.

Leġiżlatura

XII

Kategorija

ORAL

Mistoqsija Numru:

23208

Data:

11/02/2016

Seduta:

355 – 15/02/2016 06:00 PM

Seduta

Interim

:

–

Titlu:

Eks Prim Ministru u Eks Presidenti – karozzi u xufiera

L-Onorevoli LUCIANO BUSUTTIL staqsa lill- JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru):

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk nisa ta’ eks Prim Ministri

u ta’ eks Presidenti jikkwalifikawx biex il-Gvern jipprovidilhom karozza u xufier? Jekk fl-affermatti, jista’ jgħid f’liema żmien ittieħdet id-deċiżjoni f’dan ir-rigward u minn min? Jekk

fl-affermattiv, jista’ jgħid kemm huma l-persuni li llum qed jibbenefikaw minn dan il-provediment u min huma?

Tweġiba:

Ninforma lill-Onor Interpellant li f’Settembru 2010, il-Prim Ministru approva li romol ta’ eks Presidenti jikkwalifikaw li jkunu pprovduti :

b’karozza kollox imhallas u

b’servizz ta’ xufier.

Il-persuni li jibbenefikaw minn dan il-provediment huma:

Is-Sa Violet de Marco

Is-Sa Maria Tabone

Il-Gvern prezenti kompla b’din il-policy ghaliex ihoss li dan huwa turija ta’ rispett lejn persuni li taw servizz lill-istat.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page