Għarukaża, Mater Dei l-Omm ta’ Kull Skandlu
Updated: Sep 21
Dak li żvela l-bieraħ il-Prim Ministru Joseph Muscat dwar il-konkos ta’ Mater Dei huwa xokkanti. Għarukaża kbira. Il-PN dam 17-il sena biex jibni sptar, bniegħ żgħir u mimli difetti strutturali tant li biex ikun irranġat jeħtieġ li l-poplu Malti joħroġ l-ammont ta’ €150 miljun.
Biex ma nsemmugħux il-fatt li ħadd ma jaf eżatt kemm sewa’. Fenech Adami kien qed jippjana li jonfoq €40 miljun, mbagħad taħt Lawrence Gonzi beda jingħad li se jkun jiswa €200 miljun u l-aħħar stima kienet tmiss mas-€600 miljun. Iżda ħadd ma jista’ jgħid eżatt.
Bil-€150 miljun li jrid joħroġ mill-ġdid il-gvern biex jirranġa l-iżbalji tal-amministrazzjoni preċedenti, seta’ jirranġa t-toroq kollha ta’ Malta jew jagħmel proġetti oħra siewja.
Comments