Għażiża Shadow Minister, din hija t-timetable tiegħek tal-Universita, bik se nilħquhom il-miri edukattivi!
Updated: Sep 21
Therese Commodini Cachia, MEP tal-PN u lecturer fl-Universita ta’ Malta ma tiddejjaq xejn tikteb dwar governanza tajba, accountability u l-miri edukattivi.
Madankollu, bħala lecturer fl-Universita tfalli l-maġġoranza tal-lecturs li suppost tgħati. Fis-sena akkademika preċedenti falliet 60% tal-lectures li suppost tat.
Fil-jiem li għaddew hija ċaħdet u qalet li min qed jgħid hekk, ikun qed jgħid gidba faħxija. Ma ġabitx provi biex tissostanzja dak li qalet.
Mela aqra hawn, dawn huma il-provi li jisostanzjaw il-fatt li x-Shadow Minister Therese Commodini Cachia ħadmet biss 39 siegħa flok 89 siegħa u tħallset l-ammont kollu, jipifieri kważi €20,000.
PBL 1001 Constitutional Procedure
Il-Unit huwa fit-tieni semester tat-tieni sena tad-Diploma in the Laws of Procedure. Hija tifforma parti minn team ta’ lecturers u m’hijiex lecturer weħidha. Il-lectures ikunu it-Tlieta bejn 5.30 pm u 6.30pm u huwa ta’ 2 credits biss. F’ammont ta’ lectures ifisser mhux aktar minn 14-il siegħa f’semester sħiħ u hemm 3 lecturers oħra involuti.
Jekk nieħdu l-massimu ta’ 14-il siegħa u naqsmuhom fuq 4 lectures jammontaw għal mhux aktar minn 4 siegħat.
PBL 5019 International& Regional Systems of Implimentation & International Human Rights Documents
L-MEP Nazzjonalista għallmet fl-ewwel semester f’dawn id-dati speċifiċi biss 10/10/14, 17/10/14, 24/10/14, 31/10/14, 7/11/14, 14/11/14. Total ta’ 12-il siegħa lectures.
PBL 5020 The Individual Legal Framework of Human Rights
Il-lectures ta’ Commodini Cachia saru fl-ewwel semester f’dawn id-dati speċifiċi 6/10/14, 13/10/14, 27/10/14, 3/11/14, 17/11/14. Total ta’ 7.5 siegħat. Għalkemm il-unit kompla fit-tieni semester, kelu jidħol lecturer ieħor.
PBL 5022 Human Rights in Practice
Ix-Shadow Minister tal-PN għallmet biss fl-ewwel semester f’dawn id-dati speċifiċi. 21/11/14, 28/11/14, 5/12/14, 12/12/14. Total ta’ 8 siegħat ta’ lectures.
PBL 5025 The EU & Its Role in the Implementation of Human Rights
Commodini Cachia għallmet fl-ewwel semester f’dawn id-dati 21/11/14, 28/11/14, 5/12/14, 12/12/14, 19/12/14.
Dan huwa study unit suppost ta’ 5 credits li bħala minimu suppost tagħmel 25 siegħa ta’ direct contact mal-istudenti. Meta wieħed jara x’lectures għamlet issib total ta’ 7.5 siegħat.
Meta wieħed jgħodd is-siegħat li għamlet fil-ġranet li kienet l-Universita isib li attendiet għal 39 siegħa ta’ lectures li għalihom, tħallset l-ammont sħiħ li fis-siegħa jiġu mal-€500. Hija kienet mistennija li tagħmel 89 siegħa.
Fit-tieni semester ma kellha l-ebda lecture.
Dawn huma l-provi biex nissostanzjaw dak li ktibna. Issa jekk trid ix-Shadow Minister ta’ Simon Busuttil tgħajjarna giddibin. Imma biex tagħmel hekk, trid iġġib il-provi kuntrarji għaliex inkella tkun hi li qed tigdeb bl-aktar mod faħxi.
It-timetables tal-Universita huma rrekordjati u jekk ma jbgħabashom ħadd, għandhom jikkonfermaw li Therese Commodini Cachia mhux qed taqdi dmira kif suppost bħala lecturer.
Comments