Ġimgħa ilu kellu l-wiċċ imur jipprotesta kontra l-korruzzjoni
Updated: Sep 21
X’ironija, ġimgħa ilu Lawrence Gonzi ma jipprotesta kontra l-korruzzjoni u llum qiegħed fiċ-ċentru ta’ allegazzjonijiet serjissimi li jġibu l-firma tiegħu biex kien aġevolat Beppe Fenech Adami. Ftit qabel l-elezzjoni tal-2008, Lawrence Gonzi jawtorizza li Beppe Fenech Adami bissa jingħata l-permess li jiżdiedu s-sulari wara li l-MEPA applikat biex fl-area ta’ fejn xtara l-art il-Viċi Kap ikun hemm bidla fil-policy.
Il-kabinett kien ċaħad din it-talba tal-MEPA, ħlief għal dik il-parti fejn Beppe Fenech Adami għandu l-palazz u b’hekk ingħata vantaġġ fuq il-ġirien tiegħu u propjetajiet oħra fl-inħawi.
Lawrrence Gonzi kellu l-wiċċ imur jipprotesta u ltaqa’ ma’ Mario Galea dak li barax il-karozza u mar jagġmel rapport iweħħel fin-nies tal-Labour li barxulu l-karozza.
Comments