top of page

Giovanna biss kienet taf?

Archive
Feb 25, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Meta ssokta s-smigħ tal-kawża fil-Qorti ta’ Għawdex fil-konfront ta’ Anthony Debono, ir-raġel tal-eks-Ministru Giovanna Debono, li jinsab akkużat bi 13 –il Kap ta’ akkuża, fosthom miżappropjazzjoni ta’ fondi, kien ikkonfermat kif l-Ex Ministru tal-PN Giovanna Debono kienet taf b’dak kollu li kien għaddej fil-każ

work for votes.

Mhux għax kien hemm bżonn xi konferma, iżda mix-xhieda li ta l-eks

Projects Manager

fi ħdan il-Ministeru li kien mar tkellem mal-istess Giovanna Debono u magħha lmenta dwar x’kien qed jagħmel żewgha, it-tweġiba tagħha kienet li ir-raġel tagħha, Anthony Debono, kellu l-approvazzjoni tagħha.

Huwa ċar li l-affarijiet f’Għawdex taħt Gvern Nazzjonalista kien isiru b’kunflitt ta’ interess lampanti, fejn ir-raġel ta’ Ministru kien jagħmel ix-xogħolijiet fejn jidhirlu hu, bl-barka tal-mara tiegħu stess li kienet Ministru ta’Għawdex.

Minflok ikkundana lill-Ex Ministru Giovanna Debono, il-Kap tal-Oppożizzjoni meta mar ikellmu l-

Whistleblower

kien qallu ‘kif bqajt għaddej bix-xogħol la kont taf li ser nitilfu l-elezzjoni?’. L-istess għamel il-Kelliem għal Għawdex Chris Said , fejn qal lil

whistleblower

li ser jgħinu ‘kull kif jista’, flok marru għand l-Awtoritajiet.

Minkejja l-gravità tal-każ, fejn fondi pubbliċi kienu qed jintużaw għall-proġetti fil-privat, mhux biss Giovanna Debono kienet taf bil-każ, iżda l-Kap tal-Oppożizzjoni li jitkellem tant fuq

good governance

, ta l-impressjoni illi li kieku ma nbidilix il-Gvern, dawn l-affarijiet kienu ser jissoktaw u qal li jiddispjaċih li Giovanna Debono rriżenjat mill-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista.

Il-mistoqsija li tqum issa dwar dan il-każ hija din, Giovanna Debono biss kienet taf x’inhu għaddej?

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page