Giovanna Debono mistiedna speċjali biex tindirizza l-protesta tal-PN
Updated: Sep 21
Il-mistiedna speċjali tal-PN nhar il-Ħadd se tkun Giovanna Debono li tista’ titkellem liberament fuq il-korruzzjoni, mill-esperjenza tagħha bħala r-reġina t’Għawdex.
Għal raġunijiet ovvji, “iz-zija tagħna lkoll” m’hijiex se tidħol fil-mertu tal-każ ta’ żewġha Anthony li jinsab mixli quddiem il-Qorti t’Għawdex bi 13-il Kap ta’ Akkuża relatati ma’ korruzzjoni. S’issa għadu innoċenti billi ma nstabx ħati u għalhekk mhux se titkellem fuqu biex ma tippreġudikax il-każ.
Hemm Kelliema oħra li qed ikunu kkunsidrati biex jindirizzaw il-protesta. Tonio Fenech u Jason Azzopardi qiegħdin fuq nett ta’ din il-lista.
Tonio Fenech biex jitkellem fuq l-esperjenza tiegħu ta’ kif irċieva rigali għax jiggustawh u Jason Azzopardi jista’ jitkellem mill-esperjenza li għandu dwar kif Ministru jidħol fid-deċiżjonijiet tad-Dipartiment tal-Artijiet.
Comments