Gonzi f’San Siro
Updated: Sep 21
L-ex Prim Ministru Lawrence Gonzi u ħuh id-Deputat Nazzjonalista Michael Gonzi marru San Siro. Ħadu gost, għamlu sew, hekk jew hekk l-Inter kienu ilhom ma jirbħu logħba. Bħalma jagħmlu ħafna nies tellgħu ritratt fuq Facebook. Xejn ħazin.
Pero’ xejn ħażin għax huma Gonzi. Li kieku kienet bil-kontra, l-istorja kienet tkun differenti.
Timmaġinaw lil Prim Ministru, membru tal-Kabinett jew xi Deputat tal-Gvern, jew Kandidat, jew saħansitra persuna li taħdem f’xi Ministeru nkella li b’xi mod ikollha parentela fil-bogħod ma’ xi ħadd involut mal-Labour jew mal-gvern, itella’ ritratt simili?
Ara kemm jgħajruna ħamalli, ferħu għax qishom raw logħba l-ewwel darba, marru jaraw logħba minn fuq dahar il-poplu u kull xort’oħra ta’ tgħajjir immaġinabbli. Online u fuq il-media tagħhom.
Mbagħad jgħidu li dan il-blog mimli velenu!
Aħna mhux se noqgħodu nitkażaw bl-aħwa Gonzi talli ħadu ritratt jew minn fejn ħallsu ghal vjaġġ. Imma mhux kulħadd jaħsibha bħalna.
Dik hi d-differenza bażika bejnha u l-Nazzjonalisti.
#FreeCountry prinċipju li għandu jgħodd għal kulħadd mhux għan-Nazzjonalisti biss.
Comments