Governanza stil De Marco, taħtar person of trust bla kuntratt u tħallsu €93,000 fis-sena
Updated: Sep 21
Mario De Marco dan l-aħħar sar jippriedka ħafna dwar il-governanza. Imma meta De Marco kien politikament responsabbli mill-MEPA qabel l-aħħar elezzjoni, l-istess MEPA kellha chairman – Austin Walker – li żgur ma kien hemm ebda xempju ta’ governanza tajba fil-mod kif inħatar. Imma dak in-nhar De Marco ma fetaħx ħalqu.
Walker mhux biss kien person of trust (dak seta jkun person of trust għax kien Nazzjonalist) iżda qatt ma kellu kuntratt iffirmat minkejja li sewa lill-MEPA iktar minn nofs miljun ewro.
Ovvjament dan kollu seta jsir bla problema ta’ xejn sakemm De Marco u sħabu kienu fil-gvern.
Walker kien ħabib kbir ta’ Gonzi wara li ħadmu flimkien fil-Mizzi Group u inħatar bħala chairman tal-MEPA fl-2008.
Fil-ħames snin li għamel bhala chairman tal-MEPA, Austin Walker tħallas €93,000 fis-sena f’salarju biss, total ta’ kwazi €470,000.
Ara min irid jgħallimna fuq il-governanza!
F’intervista Walker kien iġġustifika dan is-salarju u qal li jekk tixtri karozza lussuża trid tħallas għaliha.
Il-MEPA kienet nefqet ukoll mal-€50,000 fuq il-kont tat-telefon, il-kiri ta’ karozza uffiċjali u l-fuel għal din il-‘karozza luaauża’, il-kont tal-mobile u tal-internet fid-dar u spejjeż ta’ servizzi fi sptar privat għal Walker, għal mara u għal dipendenti oħra tiegħu.
Walker kien intgħazel biex suppost iżid l-effiċejnza, it-trasparenza, l-kontabilita u l-konsistenza fil-MEPA. Iżda l-fallimenti totali li kellu kien ikkonfermat fir-rapport tat-telfa tal-PN fejn intqal li l-MEPA qabel l-2013 kienet saret “
nightmare
” mhux biss għall-kuntratturi iżda wkoll għall-familji u li r-riforma fil-MEPA kienet saħħet il-perċezzjoni pubblika li din l-awtorità kienet saret mostru burokratiku li ħadd ma kellu kontroll fuqu.
Għalhekk qed iwaħħlu f’De Marco li tellifhom l-elezzjoni u qed jerġgħu iwaħħlu fih li se jitilfu oħra.
Comments