top of page

Guest Post: Ġurnaliżmu partiġġjan

Archive
Feb 26, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Il-kitba tal-ġurnalista Ivan Camilleri hija l-aġenda tal-PN. Il-gvern qiegħed fil-mira ta’ kull storja li ssir.

Wieħed bil-fors jibda jithasseb dwar x’wassal lid-diriġenti ta’ din l-aqwa gazzetta fil-pajjiż iħallu lil Camilleri jwaqqagħhom f’dan il-livell partiġġjan tant li ikun hemm ġranet fejn it-Times tkun qisha l-verżjoni tan-Nazzjon fl-Ingliż.

Ivan Camilleri mhux waħdu f’din l-aġenda, iżda huwa l-aktar wieħed evidenti li jikteb bil-għan li joħloq kontroversji biex il-gvern jidher ikraħ. Possibli d-dirigenti tat-Times ghandhom daqshekk għamad politiku li m’humiex jindunaw xi ħsara qed issir lir-reputazzjoni tal-ġurnal?

Huwa veru li t-Times qatt ma kienet simpatizzanti mal-Partit Laburista iżda l-mod kif imxiet fis-snin sa l-elezzjoni tal-2013, kien wieħed serju, li ta spazju għal fehmiet differenti u r-rappurtaġġ ta’ ġrajjiet kurrenti bilanċjat, li jaghti stampa veritiera u mhux partiġġjana ta’ dak li jkun qed iseħħ fil-pajjiz.

Fi ħdan it-Times is-sitwazzjoni inbidlet u resqet lejn terrotorju partiġġjan li qed jirriduċiha f’portavuċi mhux uffiċjali tal-Partit Nazzjoanlista.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page