top of page

Ġurnata diffiċli għal Simon Busuttil f’Għawdex

Archive
Mar 18, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Il-Kap tal-PN Simon Busuttil illum kien Għawdex fejn bħalissa qed jiffaċċja ċertu reżistenza għal fuq deċiżjonijiet li l-PN mistenni jieħu fiż-żmien li ġej. Bit-tir li jibda jaħseb għall-elezzjoni ta’ sentejn oħra, Busuttil qiegħed jitkellem ma’ ċertu nies biex jara xi jkun jaqbel lilu u lil partit.

Wara ħafna snin fejn il-PN kellu maġġoranza f’Għawdex, fl-aħħar elezzjoni ġenerali kien il-Partit Laburista li pprevala u tella’ tliet Deputati.

F’dawn l-aħħar tliet snin, il-PN f’Għawdex kompla ħa daqqa ta’ ħarta bit-tluq bla mistenni ta’ Giovanna Debono wara li żewġha Anthony kien akkużat fil-Qorti b’korruzzjoni fil-każ Works for Votes. Fejn ir-raġel tal-Ministru, bl-approvazzjoni tagħha kien jordna xogħolijiet fil-privat mħallsa minn fondi pubbliċi. Il-proċeduri fil-Qorti t’Għawdex kontra Anthony Debono għadhom għaddejjin.

Wara dan l-iżvilupp u anke għaliex kien issemma’ Chris Said f’dan il-każ, id-Deputat Nazzjonalista irreżenja mill-kariga ta’ Segretarju Ġenerali u inħatar Shadow Minister dwar Għawdex biex jiffoka unikament fuq il-voti fit-13-il Distrett. Iżda qed jingħad li din id-deċiżjoni ma ħallietx l-effett mixtieq u għalhekk aktarx ikollhom jittieħdu deċiżjonijiet oħra li jistgħu ukoll jolqtu lil Chris Said fil-laħam il-ħaj.

B’dan kollu f’moħħu, il-Kap tal-PN qed jara x’miżuri jista’ jieħu biex jerġa jikseb il-popolarita fil-gżira Għawdxija. Nhar il-Ħadd se jitkellem fil-każin ta’ Għajnsielem u wara għandu ikla ta’ egħluq sninu. Ikun interessanti naraw min se jattendi għal din l-ikla.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page