Ġurnata ħażina, waqaflu l-arloġġ u wasal siegħa tard
Updated: Sep 21
Ġurnata ħażina għal Tonio Fenech illum. Apparti li nkixef li huwa direttur ta’ fond investigat mill-aġenzija għall-pensjonijiet fl-Iżvezja, jidher ukoll li waqaflu l-arloġġ. Illum kellu jattendi għal attivita tal-ġinnastika tat-tfal u wasal siegħa tard.
L-attivita saret fil-kumpless Sportiv tal-Universita u Tonio Fenech wasal fl-4.30pm siegħa wara li kienet bdiet l-attivita. Kien hemm ukoll il-kollega tiegħu David Agius.
Xi ħadd fil-qrib qal “waqaflu l-arloġġ” imma Fenech jew ma semgħux inkella injorah mbagħad intefa’ bilqegħda jħares lejn il-mobile.
Ma nieħu xejn bi kbir li kien qed ifittex x’inhuma jgħidu dwaru l-gazzetti u l-media internazzjonali dwar l-investigazzjoni issa għaddiet għand il-pulizija u l-awtoritajiet għas-servizzi finanzjarji fiż-żewġ pajjiżi, Spanja u Svezja.
L-investigazzjoni hija dwar kif madwar €216 –il miljun ta’ tfaddil mill-pensjonijiet setgħu għaddew ġo fond b’mod frodolenti. Però mal-Malta Today, li f’pajjiżna rapportat l-istorja l-Ħadd filgħodu, Tonio Fenech iddefenda l-pożizzjoni tiegħu u qal li l-awtoritajiet Svediżi għandhom aġenda kontra Malta.
Comments