Ħabib ta’ Simon Busuttil u midħla tad-Dar Ċentrali
Updated: Sep 21
Għalhekk il-PN ma għamilx plejtu fuq il-Pulizija li ta daqqa ta’ ħarta lil turist li niżel jgħum għarwien. It-turist ma għamilx sew, u l-Pulizija għamel agħar minnu. Kieku l-Pulizija nvolut ma kienx ħabib ta’ Simon Busuttil u midħla tad-Dar Ċentrali kienu jagħmlu kjass sħiħ.
Mark Cremona, l-Pulizija nvolut f’dan il-każ jiftaħar li jmur jixrob id-Dar Ċentrali, avolja ma nafx fejn imur jixrob għax safejn naf jien m’hemmx bar. Simon wegħdhom cafeteria u tliet snin wara għadha ma saritx.
Il-Pulizija huwa wkoll qarib ta’ ġurnalista ta’ Net News, Robert Cremona. Raġuni oħra il-għala anqas fuq l-aħbarijiet ma ingħatat prominenza din l-istorja. Fil-fatt Mark Cremona huwa ħu Robert Cremona u anke ħabib ta’ Simon Busuttil.
Dak hu l-kejl ta’ Simon Busuttil qabel jitkellem. Jara min huma n-nies. U anke l-media indipendenti. Is-soltu tkun aktar sensittiva f’każi bħal dawn pero’ din id-darba ħalliet kollox għaddej mar-riħ. Ma kienx hemm talba għal inkjesta jew biex jittieħdu passi kontra l-Pulizija involut.
Ma rajna xejn front page jgħidulna li ġejna stat polizjesk fejn il-Pulizija jsawwtu lit-turisti.
Tiskanta, imma anke bejn Nazzjonalist u Nazzjonalist jagħmlu differenza. Meta kienu fil-gvern u kien hemm każ ta’ Pulizija li ta daqqa ta’ sieq lil mara, u l-Pulizija ma kienx midħla tad-Dar Ċentrali, imma kien Nazzjonalist għaddewh ġuri fil-media u ħarġu kontrih kemm-il media tal-PN u anke l-media indipendenti u kienu mbuttaw biex jittieħdu passi. Kif fil-fatt kien sar.
Kulħadd b’xortih fid-dinja u f’Malta iktar!
Staqsu lil dak il-Pulizija li qal fuq Facebook li Chris Fearne daħan lil Claudette Buttigieg waqt dibattitu! Kellu jitlaq mill-Parlament.
Comments