top of page

Ħadd m’hu jagħti każ il-proposti tal-PN dwar it-traffiku

Archive
May 22, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

U veru ħadd m’hu jagħti każ dak li nkiteb fid-dokument għax laqnas id-Deputati tal-PN stess m’huma qed jeħduh bis-serjeta. Hemm minn tkellem privatament dwar kemm hu fqir fl-ideat. Mbagħad kien hemm dikjarazzjoni ta’ Tonio Fenech f’nofs il-ġimgħa li kompla jikkonferma kemm id-dokument ma jiswa xejn.

Tonio Fenech li suppost qed jagħmel rapport lil Simon Busuttil dwar kif isolvi l-problema tat-traffiku fit-tul, l-anqas biss indenja ruħhu jara d-dokument li għamlet Marthese Portelli bl-għajnuna ta’ David Agius. Dokument short-term li dam jitħejja aktar minn 7 xhur u li fih 62% tal-proposti kkupjati.

Sa issa ħadd ma ħareġ ifaħħar dan ir-rapport anke jekk mid-Dar Ċentrali ilha ssir pressjoni għal diversi jiem fuq l-imsieħba soċjali u s-soċjeta ċivili biex jirrikonoxxu li sar dan ir-rapport. Il-kelma li qed jużaw ġejja mill-Ingliż, jaknoliġġjaw li l-PN għamel rapport.

Talbiet li s’issa waqgħu fuq widnejn torox anke jekk fil-jiem li għaddew sar sforz fejn il-PN ġabar lill-imsieħba soċjali u l-operaturi tat-trasport u ppreżentalhom il-proposti short-term għal meta jkun fil-gvern.

Sakemm jerġa’ jkun fil-gvern inkunu għaddejna ix-short-term u l-medium-term. Aħjar jibda jaħseb għal pjan long-term, għax suppost qed jagħmlu Tonio Fenech imma milli jidher qed jiġi jaqa’ u jqum minnhu.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page