top of page

Ħadu miljun u ħadet għaliha, qed tħossha mhedda wkoll

Archive
Mar 3, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Ann Fenech ħadet għaliha, qed tħossha intimidata u mhedda għax fil-Parlament kien żvelat kemm id-ditta legali tagħha ħadet konsulenzi taħt l-amministrazzjoni preċedenti, ħafna minnhom b’direct orders. Bl-istess argument iħossuhom intimidati dawk in-nies kollha li l-PN jagħmel mistoqsijiet fuqhom, irid ikun jaf kemm jaqilgħu, x’ħin jaħdmu, x’jagħmlu, kif intgħażlu u kull mistoqsija oħra possibbli li jistgħu jagħmlu dwarhom.

Qed tgħajjar lill-Labour “buffi” talli esponew li bejn tliet Ministeri biss Fenech & Fenech ħadet aktar minn miljun Ewro fl-aħħar żewġ leġislaturi ta’ qabel Marzu 2013.

B’daqshekk qed tħossha mhedda din? Mela veru ma tafx x’inhu theddid. Iżda jekk se mmorru għall-istil ta’ politika tas-snin tmenin kif iridu ċerti elementi fi ħdan il-PN, allura malajr se tkun qed titgħallem x’jiġifieri meta n-Nazzjonalisti jibdew jheddu u jagħmlu l-ħsara.

Hekk kitbet …

Ann … mur kompli tkellem u ipprotesta kemm trid. Ħadd ma jrid jagħlaqlek ħalqek, it-theddid mhux ħobż għall-snienna.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page