Ħal Għaxaq magħluq u għall-bejgħ ukoll
Updated: Sep 21
Bħalma se jsir f’għadd ta’ lokalitajiet oħra, il-każin tal-PN ta’ Ħal Għaxaq jinsab għall-bejgħ. Il-każin ingħalaq ħabta u sabta l-ġimgħa l-oħra. Uffiċjal tal-kumitat sezzjonali, John Rizzo Naudi, biddel is-serratura u għalaq lil barman barra.
It-tnejn li huma kellhom argument dwar dak li ġara billi ghall-ebda raġuni, Rizzo Naudi ma ried jiftaħ il-każin biex il-barman jieħu l-affarijiet tiegħu. Hemm xniegħat differenti il-għala il-każin ingħalaq ħabta u sabta.
Nies qrib uffiċjali fil-kumitat qed jgħidu li l-kumitat ħataf l-okkażjoni biex jeħles mill-barman wara diversi rapporti li kellu. Minn naħa tiegħu il-barman qed jgħid li saret inġustizzja miegħu għaliex issakkar barra.
Wara l-argument tal-ġimgħa l-oħra ma’ Rizzo Naudi, il-barman mar jagħmel rapport l-għassa taż-Żejtun fuq dak li għadda minnu.
F’Ħal Għaxaq, in-Nazzjonaisti qed igergru li jekk se jeħdulhom il-każin mhux se jkollhom minn fejn jaħdmu. Attivisti oħrajn huma tal-istess fehma speċjalment dawk taż-Żejtun illi qed jgħidu li wara dak l-inkwiet kollu li għaddew minnu biex żammew il-każin miftuħ, issa l-partit se jbiegħu u qisu qed ibiegħ id-dar tagħhom.
Bormla wkoll ħaduha ħażin u persuna viċin wieħed mit-tesserati qed tgħid “F’Bormla qiegħdim sew, aħseb u ara mingħajr każin”.
Comments