Ħasdu, Mario de Marco calls Simon’s bluff
Updated: Sep 21
Il-Viċi Kap tal-PN Mario de Marco għażel li jinjora l-artikli ta’ Simon Mercieca, u minflok irrispondih kif għamel wara l-ewwel artiklu ta’ xi ġimgħat ilu, dar fuq Simon Busuttil u mal-ġurnal ILLUM iddikjara li “Inkun lest nirreżenja jekk Simon Busuttil jitlobni”.
Dikjarazzjoni li biha ħasad lil Simon Busuttil li bil-Malti qed jgħidlu, jekk għandek il-guts keċċini. Dikjarazzjoni li tkompli iddgħajjef lill-Kap tal-Oppożizzjoni li diġa’ ma ħax passi kontra Beppe Fenech Adami u allura huwa diffiċli wisq biex jieħu passi kontra Mario de Marco.
Din il-ġimgħa,f’jumejn konsekuttivi, Simon Mercieca kiteb żewġ artikli fuq l-Independent online li fihom qal li De Marco għandu jitkeċċa mill-partit u fit-tieni wieħed żied jgħid li għandu jirreżenja mill-Parlament. Simon Mercieca qiegħed jitkellem f’isem klikka li qed tara lil De Marco bħala theddida għal dak li jista’ jiġri wara l-elezzjoni jekk il-PN jerġa’ jitlifha.
Mercieca qed jgħid dak li fid-Dar Ċentrali qed jgħidu xi uħud, li Mario de Marco sar mgħażżra m’għonq Simon Busuttil u jekk jibqa’ Viċi Kap se jtellifhom l-elezzjoni. Qed jgħidu hekk biex iħejju t-triq ħalli sentejn qabel l-elezzjoni isibu f’min se jwaħħlu.
Id-dikjarazzjoni li għamel Mario de Marco diġa’ qed tintuża kontra tiegħu f’Tal Pieta minn min irid jixkanaħ ‘il barra u qed jgħidu li id-dikjarazzjoni mal-ġurnal ILLUM hija sfida diretta lil Simon Busuttil intiża biex tagħmillu l-ħsara.
De Marco għadu qiegħed jinsisti li x-xogħolijiet li saru fid-dar tiegħu minn persuna implikata fil-Panama Papers ma kienux rigal ta’ €34,000. Anke jekk kif qal Simon Mercieca, ħadd m’hu qed jemmnu. De Marco isostni li “everyone is wise in hindisght”. Skuża li jista’ juża kull min jaf li jkun żbalja.
Comments