top of page

Hawnhekk fejn suppost hawn il-pazjenti, skont Claudette Buttigieg

Archive
May 14, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Qallibt fi stqarrijiet tal-gvern u sibt ritratti tal-istores tal-Mater Dei. Skont ix-Shadow Minister tas-Saħħa Claudette Buttigieg dawn l-istores kellhom ikunu mimlija bil-pazjenti. Ma tarax!

L-ewwel nett ta’ min ifakkar li l-mater Dei inbena zgħir minn amministrazzjoni Nazzjonalista li ma kellha ebda viżjoni fis-saħħa. Damu 17-il sena jibnu sptar

Claudette Buttigieg, ħasbet, jew bellgħuhiela li l-gvern tefa’ l-pazjenti fl-istores biex itaffi l-problema tal-iffullar fis-swali.

Il-fatt hu li ma jistgħux iniżżluha li kellu jkun dan il-gvern li solva żewġ problemi kbar li l-gverm preċedenti ma kienx kapaċi jsolvi. Il-mediċini out of stock u n-nuqqas ta’ spazju.

Jippruvaw imeru s-sewwa magħruf.

Fatt bażiku li għadu ma fehemx il-Partit Nazzjonalista hu li dan il-gvern daħħal prattiċi ġodda ta’ tmexxija bil-għaqal fl-oqsma kollha tas-servizz tas-saħħa biex illum dawk kollha li jużaw is-servizz tas-saħħa qed jinqdew aħjar.

Bil-kejl tat-tifel ta’ Twanny li jaqla’ x-shit, m’għandnix inkellmu lil Claudette Buttigieg għax qed tigdeb.

F’dan ir-ritratt jidher il-Ministru Chris Fearne fl-istores tal-isptar u żewġ persuni oħra li huma impjegati mhux pazjenti.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page