Hemm id moħbija, Simon Mercieca iħeġġeġ lil Simon ikeċċi lil De Marco
Updated: Sep 21
Il-Blogger tal-Independent Simon Mercieca, ħabib ta’ Simon Busuttil illum jikteb it-tieni artiklu tiegħu fuq l-Independent online fejn qed iħeġġeġ lil Kap tal-Oppżizzjoni biex ikeċċi lil De Marco jekk irid jirbaħ l-elezzjoni.
Il-blog ta’
Simon Mercieca
, li kien wieħed minn nies fdati minn Simon Busuttil biex iħejji ir-rapport li analizza t-telfa tal-PN, sar ftit tal-ħin ilu wara li filgħodu dehret storja fil-ġurnal stampat fuq il-fatti ġodda dwar Mario de Marco, liema storja wkoll kienet fuq l-Independent online.
Dan hu attakk bla preċedent fuq Mario de Marco li warajh hemm l-id moħbija ta’ xi ħadd fil-PN stess. Attakk ikkordinat, permezz tal-media u issa pubblikament permezz ta’ nies qrib Simon Busuttil billi dan hu it-tieni attakk fuq De Marco minn Simon Mercieca.
Comments