Hemm tal-anqas isem wieħed fil-Panama Papers u l-JS List
Updated: Sep 21
Minn dawk l-ismijiet li ħarġu sa issa fil-Panama Papers, hemm tal-anqas isem wieħed li qiegħed fil-Panama Papers u fil-JS List ukoll.
Dan l-isem sar magħruf il-bieraħ. Waqt li kellu kumpanija irreġistrata fil-Panama dan l-individwu kien ukoll fuq il-JS List li bdiet tinġabar fl-1987 malli Eddie Fenech Adami sar Prim Ministru.
Il-lista baqgħet tinżamm sa Marzu 2013 meta Lawrence Gonzi tilef dik l-elezzjoni u għalhekk il-PN ma kellhomx aktar l-opportunita li jaħtru nies u jagħtu kuntratti li minn għand l-individwi li jkunu ħaduhom, jitolbu donazzjoni.
Comments