top of page

Hemm raġuni li qed iżżomm lill-PN ‘il bogħod miċ-ċerimonja tas-Sette Giugno

Archive
Jun 7, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Il-kawża dwar il-billboards insew jgħamluha, imma l-attendenza għaċ-ċerimonja li tfakkar il-ġrajja storika tas-Sette Giugno ma nsewx jattendu għaliha. Il-bieraħ kienet it-tieni sena konsekuttiva li l-PN ma attendiex għal din iċ-ċerimonja.

Is-sena li għaddiet ġabu l-iskuża b’Rosette Thake, għax billi kienet ġdida qalu li kien hemm konfużjoni dwar min irċieva l-invit bejnha u Chris Said. Bħal li kieku mhux fl-istess uffiċċju! Imma nsomma.

Iżda din is-sena ma ġabux skużi, il-PN ma attendiex.

F’isem il-Partit Laburista, kien il-Viċi President tal-amministrazzjoni Louis Gatt li poġġa l-fjuri f’riġlejn il-monument tas-Sette Giugno. Bħal dejjem il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni poġġew il-fjuri fl-irwol kostituzzjonali tagħhom.

F’isem il-PN ma tfaċċa ħadd.

Diġa’ kienu warrbu l-monument ta’ din il-ġrajja fil-ġnien ta’ Hastings bl-iskuża ta’ Pjazza San Ġorġ. Issa qishom qed jagħtu s-sinjal li meta jerġgħu ikunu fil-gvern, se jwarrbu għal kollox l-importanza ta’ din il-ġrajja li inċidentalment titratta il-ġlieda li l-Maltin kellhom għad-drittijiet tagħhom.

Sentejn wara l-avveniment tas-Sette Giugno, twaqqaf il-Partit Laburista biex ikompli jiġġieled għad-drittijiet tal-Maltin.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page