top of page

Herman Schiavone jifraħ bit-tluq ta’ Charlene Camilleri Zarb

Archive
Jun 30, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Wara li tħabbret ir-riżenja ta’ Charlene Camilleri Zarb, Herman Schiavone kandidat ieħor fuq il-Ħames Distrett feraħ, tant li għamlilha Like fuq Facebook għall-aħbar ta’ Net News li tellgħet hija stess. Il-media tal-PN qalu li Camilleri Zarb se tkompli bil-karriera tagħha. Fil-fatt irriżenjat minn kandidata sentejn qabel l-elezzjoni.

Ma qalux li għażlet li ma tikkontestax l-elezzjoni sena u nofs wara li kienet approvata bħala kandidata.

Min hu midħla tal-PN f’Ħal Safi u jaf sew lill-Avukata, jaf x’inhi il-vera raġuni il-għala sentejn qabel l-elezzjoni Charlene Camilleri Zarb iddeċidiet li ma tkomplix bil-kandidatura tagħha mal-PN f’distrett fejn il-PN għandu inkwiet serju.

Il-fatt li Simon Busuttil u Beppe Fenech Adami tefgħu il-piż tagħhom fuq Toni Bezzina u Herman Schiavone minkejja l-każi li għandhom u l-fatt li ma ttieħdu ebda passi la fil-konfront ta’ Toni u l-anqas fl-konfront ta’ Herman kompla jgħarraq is-sitwazzjoni u fl-aħħar mill-aħħar Camilleri Zarb iddeċidiet li jkun aħjar għaliha li ma tibqax mċappsa magħhom.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page