Ħudulna ħsiebu, l-akbar periklu qiegħed fid-Dar Ċentrali
Updated: Sep 21
Il-Kap tal-Oppożizzjoni l-bieraħ mar jitħallat mad-dilettanti taż-żwiemel il-Marsa u attenda għal xi tiġrijiet. Il-bodyguard ta’ 71 sena Chalie Triganza kien off. Ħaqqu ftit mistrieħ, m’għadux żgħir. Ħa miegħu żewġ bodyguards oħra.
Bħalissa qed ikun akkumpanjat minn grupp ta’ ex Pulizija, li ħafna minnhom kienu fl-SAG. Qed ikunu miegħu meta jkun fil-pubbliku biex jidher li għandu is-security guards.
Ħudulna ħsiebu, ara ma jkun hemm xi ħadd jagħmillu xi ħaġa f’ġieħ l-anġli tas-sema. Ħudu ħsiebu ħsiebu sew, l-aktar li għandkom toqgħodu attenti huma mill-istalletti fid-Dar Ċentrali.
Dawk l-anqas tħosshom ġejjin u meta tinduna jkun tard wisq.
Comments