top of page

Id-di u d-da, teatrini quddiem Kastilja

Internet Archive
Mar 4, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Ġieli jibgħat lil ħuh il-midgħi, il-bieraħ Norman Vella ġie hu nnifsu jixxena quddiem Kastilja. Ħsibtu ġie bil-lest għall-mass meeting imma milli jidher kellu skop ieħor f’moħħu. Flok daħal mal-kumplament tal-ġurnalisti għal event li kienet għaddejja f’Kastilja dak il-ħin, fejn il-Prim Ministru kien qed jagħti kummenti u jgħid ċar u tond dak li kellu xi jgħid fuq il-każ, Vella qagħad barra jeħodha ma’ Suldat.

Ippretenda li jiġi Kastilja u ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru jwaqqaf dak kollu li kien qiegħed jagħmel biex jinzel ikompli mieghu f’dan it-teatrin pwerili. Taf kien jaqbad u jmur Kastilja fi żmien Richard Cachia Caruana!

Aqqas taqbad u ċċempillu ma stajt lis-Sur Cachia Caruana kemm dam Kap tas-Segretarjat għax kont iddum tgħaddi minn telefon għall-ieħor seklu sħiħ, u dan man-nies taċ-ċivil stess mhux mal-ġurnalisti.

Wara 25 sena fil-Gvern possibbli ħadd mill-PN ma spjegalu li biex tidħol Kastilja trid tgħaddi mill-bieb tal-ġenb? Fi triq San Pawl, fejn il-proċedura stabbilita fi żmien Richard Cachia Caruana kienet li tmur mar-reception, tistaqsi għal persuna li tkun trid tkellem, tagħti ismek u tistenna fil-waiting area kif jagħmel kulħadd.

Kieku kien bniedem serju, jagħmel appuntament bħalma jagħmel kulħadd jew jaħseb li hu xi ħaġa speċjali u għax Norman Vella tan-Net TV jagħmel li jrid?

Iħobb jiġi jixxena quddiem Kastilja. Qabel l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew kien ġie b’ittra biex jgħatiha lil Prim Ministru u għamel konferenza tal-aħbarijiet ukoll.

Ġieli jibgħat lil ħuh il-midgħi jixxena quddiem Kastilja biex idaħħak. Meta fid-Dar Ċentrali jagħmlu l-kummiedja li jmiss i liż-żewġt aħwa jistgħu jagħtuhom parti ewlenija, id-di u d-do, imma f’dan il-każ ikun aktar jixraq id-di u d-da.

Jistgħu ukoll jagħmlu kummiedja li tkun ibbażata fuqhom.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


bottom of page