Id-dittaturi kienu jiġu għandna u konna mmorru għandhom
Updated: Sep 21
Id-dittaturi ukoll b’xortihom. Meta jkun hemm il-PN fil-gvern, kienu jġu għandna u mmorru għandhom ukoll. Qisu xejn m’hu xejn. Beppe Fenech Adami jikkritika lil Prim Ministru għax jiltaqa’ mad-dittaturi.
Imma d-dittaturi kienu jkunu tajbin fi żmien in-Nazzjonalisti. Minn tliet snin ilu ‘l hawn saru ħżiena.
Id-dittatur tat-Tuneżija Ben Ali ġie Malta u ħa s-salut u kellu ċena statali u Eddie Fenech Adami mar ukoll jiltaqa’ miegħu f’art twelidu. U flimkien mad-dittatur spezzjona l-gwardja tal-unur u kellu ċena statli u poġġa fuq l-istess mejda.
Man-Nazzjonalisti anke d-dittaturi b’xortihom.
Comments