top of page

Iduru fuq il-ħaddiema għax inkwetati kif ħierġa l-informazzjoni

Archive
Mar 8, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

L-informazzjoni li ħarġet mid-Dar Ċentrali fl-aħħar jiem, speċjalment informazzjoni dwar laqgħat li għalihom attendew sitt persuni fit-tmexxija tal-partit qed tqabbad paranoia lil management tad-Dar Ċentrali u saħansitra qed jheddu lil ħaddiema li jekk jitkellmu dwar dak li jkun għaddej fl-istamperija se jgħadduhom inkjesta u jieħdu passi dixxiplinarji kontra tagħhom.

Il-paranoia li għandhom wasslithom biex iduru għal ħaddiema tagħhom stess u qed jisfurzawhom jiffirmaw confidential disclosure agreement li ħasad lil ħaddiema li uħud minnhom urtaw ruħhom mhux ftit li wara snin twal ta’ servizz lil partit, fit-tajjeb u fil-ħażin qed iqisuhom bħala spiji.

Jidher li kienu Brian St John u Beppe Fenech Adami ikkonvinċew lil Simon Busuttil u lil bqija tat-tmexxija li din hija l-aħjar triq biex ibeżżgħu lil ħaddiema ħalli żgur ħadd minnhom ma jitħajjar jiftaħ ħalqu u jgħid x’inhu jiġri fid-Dar Ċentrali.

Minflok beżgħu, il-ħaddiema tal-istamperija iktar irrabjaw għal Simon Busuttil tant li illijkjaw l-istess dokument li qed jintlabu jiffirmaw biex ma jillijkjawx informazzjoni u marru bih għand il-UĦM, il-union li tirrapreżentahom.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page