top of page

Ieħor aktar ugwali minn oħrajn biex Josef Vella jieħu nota

Archive
May 1, 2016
2 min read

Updated: Sep 21

Fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti Josef Vella kien jibla’ lsienu. Illum idejqu kollox. Dwar ħaddiem il-Freeport li huwa ugwali iktar minn oħrajn għadu ma tkellimx. Is-soltu jirrispondi mill-ewwel meta ikun ikkritikat fuq din il-website. F’dan il-każ għalaq ħalqu.

Issa ħa ntih eżempju ieħor ta’ kif kienu jkunu dawk ugwali iktar minn oħrajn taħt il-PN. Il-portal ġdid tal-aħbarijiet

One.com.mt/news

qed jirrapporta li Richard Cachia Caruana kien imħallas iktar minn Ambaxxaturi oħrajn. Kien mħallas id-doppju ta’ ambaxxaur normali fi Brussell.

B’hekk kien hemm sitwazzjoni fejn kull ambaxxatur kien ugwali imma kien hemm min hu ugwali aktar minn ħaddieħor. Dak kien żmien meta €13,000 fix-xahar kienu ok.

Kien ukoll żmien fejn jiġri x’jiġri Josef Vella kien iżomm ħalqu magħluq. Mbagħad jieħu għalih għax ngħidulu kompliċi u jmexxi Union li hija alleata storika tal-PN.

Minn One.com.mt/news:

Richard Cachia Caruana, eks rappreżentant permanenti fi Brussell, kien jitħallas id-doppju ta’ dak li kien jitħallas ambaxxatur ieħor fl-istess belt Ewropea.

Tagħrif mogħti iktar kmieni din il-ġimgħa juri kif l-eks strateġist tal-Partit Nazzjonalista kellu arranġamenti speċjali li għamlu għalih il-gvernijiet ta’ Lawrence Gonzi.

Cachia Caruana huwa wkoll biċċa waħda ma’ Simon Busuttil tant li jiftaħar li kien hu li bdielu l-karriera politika u għandu influwenza fuqu sal-lum.

Meta kull ambaxxatur kien jitħallas fuq skala tlieta, Cachia Caruana kien jitħallas fuq skala wieħed u magħhhom żiedulu għaxra fil-mija.

L-ambaxxaturi jinqatalgħom ukoll dak li jissejjaħ

rent element

meta jkollhom l-akkomodazzjoni provduta mill-gvern, iżda anke hawn Cachia Caruana rranġa ‘deal’ differenti.

Mill-elfejn u disgħa dan il-qtugħ ma baqax isir fil-każ ta’ dan l-individwu. Barra minn hekk, fl-2009, il-global emoluments ta’ Cachia Caruana kienu marbuta ma’ indiċi ferm ogħla minn ta’ l-ambaxxaturi fi Brussel u ambaxxaturi oħra, li kienu jiġu riveduti kull sena. L-ambaxxaturi l-oħra ma żdiedux qabel l-elfejn u erbatax.

Huwa għalhekk li jirriżulta li matul il-perijodu li okkupa l-kariġa, Cachia Caruana tħallas kważi d-doppju ta’ dak li kien jieħu ambaxxatur residenti fi Brussel.

Meta ambaxxatur fi Brussel kien qed jieħu €52,000, Cachia Caruana kien diġa’, fl-2004, kien qed jieħu €72,000. Fl-2009, meta ambaxxatur kien jieħu €57,000, dan f’daqqa waħda beda jingħata €132,000. Meta spiċċa fl-2012, waqt li ambaxxatur nortmali jieħu €57,000, Cachia Caruana kien jingħata €145,000. Aktar minn hekk, bħala representation allowance, filwaqt li ambaxxatur kien qed jieħu €3,262, Cachia Caruana kien qed jieħu €8,467.

Fi ftit kliem kien jieħu ftit inqas minn €13,000 fix-xahar

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page