top of page

Iħuf fil-Parlament Ewropew ma’ Metsola u sħabha

Archive
Mar 17, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Lanqas laħaq rifes l-għatba tal-bini tal-Parlament Ewropew li ma nirċievix messaġġ li Simon qiegħed iħuf fil-kuriduri tal-Parlament Ewropew. Il-Kap tal-Oppożizzjoni bħalissa qiegħed Brussell għal-laqgħa tal-Partit Popolari Ewropew fejn ikun bil-qiegħda ma’ diversi Prim Ministri oħra li mbagħad huma jibqgħu sejrin għall-Kunsill Ewropew biex jiltaqgħu mal-bqija tal-mexxejja Ewropej waqt li Simon Busuttil ikun qed jirritorna lura Malta.

Imma l-laqgħa tal-Partit Popolari Ewropej m’għandiex x’taqsam mal-bini tal-Parlament Ewropew, għax qed issir f’ħotel ewlieni fi Brussell.

Mela x’mar jagħmel fil-Parlament Ewropej ma’ Metsola? Kumbinazzjoni nhar it-Tnejn hemm laqgħa tal-Kumitat tad-Drittijiet Ċivili, Ġustizzja u Intern (LIBE), u se jkun diskuss il-bejgħ taċ-Ċittadinanza fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, u l-ħruġ ta’ residence permits u visas lil ċittadini ta’ pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea.

Kumbinazzjoni bħala membru f’dan il-kumitat hemm Roberta Metsola u hu qiegħed hemm idur magħha. Mhux se nasal biex nikkonkludi x’qiegħed jagħmel Simon Busuttil ħdejn l-ex sħabu tal-PPE.

Imbagħad iriduna nemmnuhom li qed joħorġu l-id ta’ ħbiberija.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page