top of page

Jikkampjaw barra Kastilja

Archive
Apr 9, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Ġurnalisti tat-Times, u kumbinazzjoni magħhom reġa’ kien hemm tan-NET, kienu għal darba oħra barra Kastilja jistennew għall-intervisti matul il-ġurnata tal-bieraħ. Saret qisha drawwa jibdew il-ġurnata minn hemm. More than welcome.

Ħelwin ta. Qed joqgħodu fil-kantuniera bejn Pjazza Kastilja u Triq San Pawl biex kif jilmħu esponent tal-Gvern dieħel għal ġurnata xogħol minn xi wieħed miż-żewġ bibien differenti, jitilqu jiġru għal fuqhom bil-mikrofonu.

Taħsbux li qed isaqsu fuq xi temi differenti. Ekonomija, xogħol, mediċini, pensjonijiet, drittijiet ċivili – dawk mhux importanti. Id-domandi tat-Times u n-NET huma preċiż l-istess li ilhom jiġu mwieġba għal ħafna ġimgħat.

Imma serrħu raskom. Mhux se jiġu aggrediti kif għamlu lill-ġurnalisti tal-ONE. B’serenita, tweġibiet jibqgħu jingħataw anke jekk ikunu ripetizzjoni ta’ li tkun għedtilhom il-ġurnata ta’ qabel u ta’ qabel u ta’qabel.

Nissuġerixxi li ta’ Kastilja jibdew ituhom kikkra kafe jew ġinġer bil-lumi biex ibillu griżmejhom u jibdew il-ġurnata bit-tajjeb.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page