Ikomplu jattakkaw lil Toni Abela
Updated: Sep 21
Ivan Bartolo u Alban Thika kienu biss tnejn minn naħa tal-PN li kixfu id il-PN f’dak li ġara il-bieraħ fil-Parlament Ewropew meta l-maġġoranza tal-MEPs tal-EPP u oħrajn ivvotaw kontra Toni Abela.
Alban Thika, li kien ipprova jiġi mal-Labour u ma aċċettajnihx, qal li Toni Abela ma ħaqqux ikun fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri. Għall-anqas kellu l-kuraġġ jiddikjara dak li ħafna esponenti oħra tal-PN ppruvaw jaħbu jew jgħatu impressjoni differenti.
L-Editur Maniġerjali tal-Malta Today Saviour Balzan fakkar lil Thika, li apparti Kunsillier jaħdem fil-qrib ma’ Simon Busuttil, fil-każi li kien kien involut fihom Louis Galea
Il-Kandidat kollu qdusija tal-PN Ivan Bartolo ukoll ried jgħid tiegħu fuq dan u rrepeta dak li qalu Lawrence Gonzi u Simon Busuttil li meta jkun hemm il-Labour fil-gvern tistħi tgħid li int Malti.
Comments