Iktar ħdura u vulgarità minn Richard Chetcuti li l-PN ma ra xejn ħażin fiha sena ilu
Updated: Sep 21
Mhux veru li l-PN ġiegħel lil Richard Chetcuti jirreżenja minħabba l-kliem oxxen li kiteb kontra l-Ministru Konrad Mizzi. L-ittra tar-riżenja inkitbet minn uffiċjali tal-PN li wegħduh, illi jekk jirreżenja jkun iktar involut fil-ħidma fid-Dar Ċentrali.
Prova ta’ kemm ma rriżenjax minħabba dak li kiteb il-bieraħ huma posts oħrajn oxxeni, vulgari u gravi daqs li kiteb il-bieraħ filgħodu u li l-PN ma ra xejn ħażin fihom għax kien kandidat u sussegwentement Kunsillier.
Il-posts li kiteb fuq Facebook f’Mejju tal-2015 kellhom jiftħu għajn il-PN li qatt ma kkundannawh qabel ma żvelajna fuq din il-website dak li kiteb.
Comments