Ikun aħjar kieku Busuttil iħares madwaru flok moħħu f’ħaddieħor
Updated: Sep 21
Irid ikollok ġilda qoxra biex fil-jum li wieħed mil-esponenti ewlenin fix-shadow Cabinet, Tonio Fenech ikun għaddej investigazzjoni internazzjonali, u Simon Busuttil jitkellem dwar governanza tajba u standards. Minn fuq irid jgħajjar lil ħaddieħor.
Il-Kap tal-Oppożizzjoin aħjar iħares ħarsa madwaru. Il-każ li hu nvolut fih Tonio Fenech huwa każ serjissimu tant li qed issir investigazzjoni internazzjonali inkluż mill-Pulizija fl-Isvezja wara li kumpanija li għandha konnessjonijiet ma’ Malta hija fiċ-ċentru ta’ investigazzjoni ta’ allegat frodi fuq anzjani.
Il-fond li qed ikun investigat, huwa involut fih Tonio Fenech skont rapport fil-Malta Today.
Jekk irid li jnaddaf il-politika, Simon Busuttil għandu jaqbad xkupa kbira u jibda jiknes mid-Dar Ċentrali ‘l barra. Mbagħad jibda jittieħed bis-serjeta.
Comments