Il-bieraħ irreżenja w illum ħabbar li se jerġa’ jikkontesta
Updated: Sep 21
Mhux ta’ b’xejn li ħadd ma jemmen lil Simon Busuttil. F’nofs din il-ġimgħa żvelajna fuq din il-website kif Kunsillier tal-PN f’Ta’ Xbiex, nfexx f’attakk vili u vulgari fuq il-Ministru Konrad Mizzi. Minkejja l-aħbar tar-riżenja, l-ittra tar-riżenja damet jumejn biex waslet għand is-Segretarju tal-Kunsill Lokali ta’ Ta’ Xbiex. Fil-fatt waslet il-bieraħ u l-Kunsill informa lill-Kummissjoni Elettorali b’dan l-iżvilupp.
L-għada ta’ dan, Richard Chetcuti reġa ma’ fuq Facebook, ivvinta li ġejja elezzjoni ġenerali, qal li hu kburi li hu Nazzjonalist u ħabbar li se jerġa jkun kandidat.
Comments