Il-Boċċa, blogger tat-Times u l-Avukat tal-bank tal-Knisja
Updated: Sep 21
Mhux ta’ b’xejn il-Knisja ma tgħid xejn fuq hate speech minn naħa ta’ Andrew Borg Cardona fuq min ma jinżillux. Kliem bħal “bitch” u “motherfucker” jew “onanist” ma jixraq li jingħad fuq ħadd speċjalment minn persuni li jinfluwenzaw l-opinjoni pubblika bħal Andrew Borg Cardona.
Ħafna ikkundannaw il-kliem iebes li qal il-blogger tat-Times, l-Allied Group ma lissnux kelma. Iżda anqas il-Knisja ma tkellmet.
L-Arċisqof li dejqu bank ta’ kċina f’video production tal-Prim Minisru u li dejqu d-dawl ta’ Kastilja, baqa’ ħalqu magħluq fuq l-użu ta’ kliem mill-aktar iebes, vulgari u oxxen.
Għal bidu kont sorpriż li Monsinjur Scicluna qal ma qal xejn, iżda mbagħad sirt naf li Andrew Borg Cardona huwa wieħed mill-Avukat li l-APS juża meta jkollu kawżi kontra klijenti tiegħu.
Jiġifieri l-bank tal-Arċisqof qed jinqeda b’Avukat li fl-opinjoni tiegħu il-Prim Ministru huwa “motherfucker” u “onanist”.
Comments