Il-Boċċa ndannat – “Fucken AD, Nationalists won’t attend”
Updated: Sep 21
Bħal kull weekend Andrew Borg Cardona ikun Għawdex. Il-bieraħ filgħaxija kien ma’ grupp ta’ ħbieb li magħhom kien hemm ukoll Noel Buttigieg Scicluna, li filgħodu kien qiegħed għal protesta tas-soċjeta ċivili li kienet ħallset €3 miljuni minn bwietha biex tiffinanzja l-ftuħ u l-ispejjeż tal-Ambaxxata ta’ Budapest fejn kien appuntat politikament bħala Ambaxxatur.
Ir-restaurant Grazie Mille fl-Għarb kien ippakkjat, u ma kienx hemm parking viċin. Ta’ Boċċa li hu, tefa’ l-BM fuq bustop u f’kantuniera, x’għala biebu. Dak Andrew Borg Cardona tal-PN ta, jista’ jagħmel li jrid. Tal-anqas kiser żewġ liġijiet tat-traffiku.
Lura fir-restaurant. għal xi ħin id-diskussjoni bejn il-ħbieb Nazzjonalisti ex appuntati tal-PN, waqgħet fuq il-protesta ta’ filgħodu. “Fucken AD” instema jgħid il-Boċċa f’ħin minnhom “Nationalists won’t attend” instema’ jgerger.
Persuna li kienet fir-restaurant iddeskriviet l-atitudni ta’ Borg Cardona bħala “kien qisu ndannat”. Sentiment espress minn ħafna Nazzjonalisti li kienu jħappuha tajjeb taħt il-PN.
Comments