Il-flus tal-Universita għandhom jintnefqu fuq l-istudenti mhux fuq lecturers li ma jattendux
Updated: Sep 21
L-Amministrazzjoni l-ġdida tal-Universita għandha tidħol fil-każ ta’ Therese Commodini Cachia, l-MEP Nazzjonalista u lecturer li ma tattendix għall-maġġoranza tal-lectures li suppost tattendi għalihom minkejja li titħallas is-salarju sħiħ dovut lilha, madwar €20,000 fis-sena.
Commodini Cachia ħadmet 39 siegħa biss mis-siegħat kollha li suppost għamlet tgħallem matul is-sena akkademika.
Għas-siegħat li għamlet tgħallem tħallset bl-ammont ta’ €500 kull siegħa. Dan mhux ġust. Il-kejl li jintuża ma’ lecturers bħal Commodini Cachia ma jintużax ma’ lecturers oħrajn, biex ma nsemmix ħaddiema oħra tal-gvern billi l-Universita hija awtonoma.
Għalhekk hija r-responsabbilta tal-amministrazzjoni tal-Universita illi tara li dawk il-flus li jgħatiha l-gvern jintużaw kif suppost għal ġid tal-istudenti mhux tal-lecturers bħal Commodini Cachia li ma jattendux għal 60% tal-lectures tagħhom.
Għalhekk qed iddejjaqhom din il-website. Għax qed nesponu bil-fatti kemm dak li jgħidu ma jaqbilx ma’ dak li jagħmlu speċjalment meta Therese Commodini Cachia qed taspira li sentejn oħra tkun hi li tmexxi l-Ministeru tal-Edukazzjoni.
Comments