Il-gvern se jappella mid-deċiżjoni tal-Qorti dwar żewġ siġġijiet oħra lill-Oppożizzjoni
Updated: Sep 21
Il-Qorti iddeċidiet favur il-PN biex jingħata żewġ siġġijiet oħra. Il-gvern jirrispetta dik id-deċiżjoni iżda ma jaqbilx magħha u għalhekk se jeżerċita d-dritt li jappella minn din id-deċiżjoni. L-istess kif kien jagħmel Simon Bustuttil li kieku l-Qorti ma tatx raġun lil PN.
Il-Qorti qed tgħid li l-gvern għandu jkollu 38 Deputat (oriġinarjament 39) u li l-Oppożizzjoni minflok ikollha 29 Deputat (oriġinarjament 30) għandu jkollha 31.
Il-kompożizzjoni tal-Parlament tkun b’maġġoranza ta’ 5 siġġijiet bejn il-gvern u l-Oppożizzjoni billi hemm żewġ Deputati li huma indipendenti, Giovanna Debono u Marlene Farrugia.
Hemm raġunijiet kostituzzjonali li l-gvern qed jibbaża fuqhom l-oġġezzjonijiet tiegħu u li mistennija jitqajmu fi stadju ta’ appell.
Comments