top of page

Il-GWU weħidha kienet tiġbor aktar nies

Archive
Mar 6, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Għall-isforzi kollha li saru fl-aħħar ġimgħa mill-PN ma tistax tgħid li kien hemm xi folla kbira ta’ nies li ngħaqdu jipprotestaw kontra l-korruzzjoni. Fil-protesti kontra l-kontijiet tad-dawl u ilma u piżijiet oħra li kien idaħħal il-gvern preċedenti, kien ikun hemm iktar nies.

L-appell ta’ Simon Busuttil ma intlaqax mill-maġġoranza tal-poplu Malti. Fil-ġimgħa li għaddiet, mid-Dar Ċentrali saru eluf ta’ telefonati, intbgħatu eluf ta’ messaġġi fuq il-mobile, kien organizzat trasport u ħadu kull inizjattiva biex illum itellgħu lin-nies il-Belt.

Minbarra t-trasport organizzat mid-Dar Ċentrali kien hemm ukoll id-Deputati li organizzaw trasport mil-lokalitajiet tagħhom biex jieħdu folla kbira lejn il-Belt.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page