top of page

Il-Ħelsien u l-ugwaljanza

Archive
Mar 31, 2016
2 min read

Updated: Sep 21

Malta illum tfakkar is-37 anniversarju minn Jum il-Ħelsien, li kien l-ewwel pass fil-mixja ta’ pajjiż ħieles u indipendenti. L-ewwel pass għal bidla għamilnih 37 sena ilu, mixja li għadha għaddejja għaliex Malta hija pajjiż li għadu qiegħed jinbidel.

Illum għall-ewwel darba wara ħafna snin, dan il-pajjiż qed joħloq aktar xogħol li uliedu mhux qed ilaħħqu miegħu, illum kull min irid jaħdem isib xogħol, u minkejja li għal kull 10 impjiegi 5 jmorru għand il-Maltin u 5 jmorru għand il-barranin, din mhux sfortuna tant li l-Perit Dom Mintoff kien qal li huwa jixtieq jgħix f’pajjiż li tant kemm jikber il-pajjiż li jkun kapaċi mhux biss jagħti x-xogħol lill-uliedu, iżda li jagħti x-xogħol lill-ulied ħaddieħor.

Il-Prim Ministru waqt iċ-ċerimonja tal-Partit Laburista l isaret il-bieraħ fil-Borgu, qal li l-għan aħħari tal-Perit Mintoff ma kienx il-Ħelsien iżda l-ugwaljanza, fejn kulħadd ikun meqjus l-istess u fejn id-drittijiet ikunu universali għal kulħadd.

Imxejna ħafna, iżda għad għad hawn m’hawnx ugwaljanza sħiħa. Fadlilna fejn inkomplu naħdmu għal persuni b’diżabiltà, għat-trattament ugwali bejn in-nisa u l-irġiel, għalkemm ħdimna fuq drittijiet għal persuni b’orjentazzjoi sesswali differenti xorta għad fadlilna x’nagħmlu filwaqt li għad ma wasalniex lanqas fid-drittijiet għal persuni barranin.

Malta qed tinbidel. Il-Moviment li nbena madwar il-Partit Laburista għadu irid jaħdem fuq aspetti oħra tal-ugwaljanza f’pajjiżna, għal aktar drittijiet. Il-Prim Ministru il-bieraħ qal hekk “Jien ċert li l-maġġoranza tal-Maltin qegħdin f’dan il-movimet għax iridu din il-bilda, li għandhom l-aspirazzjoni biex ikunu aħjar. Nistieden lil kulħadd biex jingħaqad magħna f’din il-viżjoni, li tmur lil hinn mill-aħmar u l-blu, mill-elezzjonijiet, imma viżjoni taf fejn irid jasal dan il-pajjiż, viżjoni li kien hemm 37 sena ilu u li għadha fil-qlub u l-imħuħ tal-Maltin u l-Għawdxin, stqarr il-Prim Ministru”.

Apparti li niċċelebraw Jum il-Ħeslien għandna nħarsu lejn id-difetti li għandna biex inkomplu niksbu aktar ugwaljanza.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page