Il-Kamra tal-Avukati tiċħad li George Hyzler kien qed jiekol ma’ Simon Busuttil
Updated: Sep 21
Ftit tal-ħin wara l-pubblikazzjoni ta’ dan ir-ritratt, il-Kamra tal-Avukati ċaħdet li r-raba’ persuna li tidher fl-isfond tal-Avukat Reuben Balzan huwa il-President tagħha George Hyzler.
Naturalment ma setgħux jiċħdu li l-predeċessur tiegħu kien qiegħed fuq dik il-mejda, kieku setgħu kienu jgħamluha.
Irċevejt din in-nota llum wara nofs in-nhar;
Ghaziz Sur Bedingfield,
B’referenza ghal blog tieghek intitolat,
‘Simon relaxed mal-President tal-Kamra tal-Avukati l-predecessur tieghu’
ghal kull buon fini ninfurmak li Dr George Hyzler ma huwiex wiehed
mill-erbgha persuni li jidhru fir ritratt kif minnek indikat erronjament.
Nitolbuk sabiex tirrimedja ghal dan l-izbal billi tippubblika korrezzjoni
ghal istess dikjarazzjoni w nippretendi illi tali korrezzjoni tinghata
l-istess prominenza illi tajt lill-artiklu zbaljat tieghek.
Dr Stefan Camilleri
Segretarju Generali
Kamra tall-Avukati
Comments