Fuq il-Gozo Channel, il-King jagħżel fejn jipparkja
Updated: Sep 21
Hekk hu, il-King ta’ Għawdex, jagħżel hu fejn jipparkja fuq il-vapur t’Għawdex. Dalgħodu mal-vapur tat-8.15am kien hemm ħafna nies u l-istaff tal-Gozo Channel beda jtella’ l-karozzi fuq ir-rampa. Naturalment bħala Deputat tal-PN, ex Ministru, ex Segretarju Ġenerali tal-PN, Shadow Minister u King ta’ Għawdex Chris Said m’għandux għalfejn joqgħod fil-kju. (Deputati Laburisti li għandhom priority boarding ma jistgħux jużawh għax jikkritikawhom).
Imma l-King, mhux talli ma joqgħodx fil-kju, talli jagħżel li jipparkja fejn irid tant li dalgħodu injora l-istruzzjonijiet tal-istaff tal-Gozo Channel li jkunu qed jidderieġu l-karozzi abbord u baqa’ dieħel fuq quddiem nett biex ikun jista’ jinżel l-ewwel wieħed.
Ma tarax hux se joqgħod fuq ir-rampa man-nies l-oħra, saħħa qabeż il-kju kollu!
Żulu minn nofs għamlulu l-wisgħa u ħallulu post għal parking quddiem fuq il-vapur.
Comments