Il-kumpanija EMD tirreaġixxi
Updated: Sep 21
Dritt ta’ tweġiba skont l-Att dwar l-Istampa B’referenza għal rapporti fl-istampa lokali wara l-pubblikazzjoni tal-Panama Papers EMD tixtieq tagħmel il-kjarifiki li ġejjin:
1. Flimkien ma’ entitajiet u kumpaniji oħra ta’ reputazzjoni f’Malta, EMD tipprovdi servizzi korporattivi lis-settur tas-servizzi finanzjarji. Huma proprju entitajiet bħal dawn li f’dawn laħħar 16-il sena għenu biex Malta ssir iċ-ċentru ta’ servizzi finanzjarji ta’ suċċess li hija llum.
2. EMD qatt ma assistiet persuni esposti politikament (PEPs), bħala fiduċjarji jew mhux, minn xi ġuriżdizzjoni barranija jew dik Maltija biex iwaqqfu kumpaniji, trusts jew xi entitajiet oħra filBritish Virgin Islands (BVI), fil-Panama jew ġuriżdizzjonijiet simili.
3. Ir-relazzjoni ta’ Richard Cachia Caruana ma’ EMD hija esklussivament dik ta’ konsulent talkumpanija u l-klijenti tagħha fi kwistjonijiet relatati mal-Unjoni Ewropea. Huwa qatt ma kellu ishma, pożizzjonijiet ta’ direttur jew pożizzjonijiet maniġerjali oħra f’EMD.
4. Noel Buttigieg Scicluna m’ghadux konsulent tal-EMD minn Mejju 2015.
Comments