top of page

Il-link ta’ De Marco mal-Panama Papers

Archive
Apr 22, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Ilhom xi tmien ġimgħat għaddejjin biha din tal-Panama Papers. Issa qed jakkużaw lil Ian Borg u jgħidu li uża is-servizzi ta’ kumpanija li s-sid tagħha huwa llinkjat mal-Panama Papers. Tafu liema hi din il-kumpanija? Redmap Ltd ta’ Pierre Sladden.

Tafu lil min għamel xogħol b’xejn Pierre Sladden? Lil Mario de Marco, lil Michel Rizzo u lil Clinton Calleja li fattur komuni bejniethom kollha hija The Times. Redmap Ltd għamlet ukoll xogħol għat-Times. U għamlu wkoll xogħol b’xejn għand De Marco, Rizzo u Calleja.

De Marco qal li ħallas seba’ snin wara għax ix-xogħol għadu għaddej. L-oħrajn ma’ qalu xejn u l-anqas The Times ma tniffset. Ma jidhirx li Louis Farrugia din id-darba għamel pressjoni fuq il-bord biex jittiepdu passi immedjati ħalli The Times comes clean.

Il-bieraħ, kemm il-ġurnal The Times u anke In-Nazzjon għamlu referenza għal fatt li Ian Borg uża s-servizzi tal-kumpanija Redmap Ltd u ħallashom mill-ewwel fuq xogħol fil-propjeta tiegħu. Qalu li s-sid tal-kumpanija għandu link mal-Panama Papers.

Ma qalux li hemm ukoll link ma’ De Marco, li gawda għal seba’ snin sħaħ minn rigal ta’ €34,000 sakemm induna li se jinqabad u mar iħallas.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page