top of page

Il-maġġoranza tal-poplu ma temminx lil Simon Busuttil dwar korruzzjoni

Archive
Apr 18, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Fuq korruzzjoni Simon Busutti m’huwiex qiegħed jitwemmen. Ftit anqas minn 60% tal-poplu Malti ma jemminx li l-gvern hu korrott, jista’ mhx iħambaq il-Kap tal-Oppożizzjoni.

F’survey ippublikat illum, fil-ġurnata li fiha l-Parlament se jieħu vot dwar il-fiduċja fil-gvern mressaq minn Simon Busuttil minħabba il-korruzzjoni, l-Independent, li m’hijiex gażżetta li xxaqleb lejn il-Partit Laburista għandha survey dwar x’jaħseb il-poplu fuq il-gvern u l-korruzzjoni u l-mistoqsija hija waħda ċara u inekwivika.

Inti taħseb li l-gvern hu korrott?

41.2% biss wieġbu Iva. Jiġifieri li l-gvern hu korrott. Dan l-ammont hu ftit anqas minn kemm ġab il-PN fl-elezzjoni ġenerali ta’ Marzu 2013. Jiġifieri b’din il-kampanja kollha li qed jagħmel, il-PN baqa’ fejn kien.

19.7% wieġbu li ma jafux jekk il-gvern huwiex korrott jew le. Jiġifieri li ma humiex konvinti li l-gvern hu korrott għaliex ma għandhomx informazzjoni biżżejjed.

38.7% huma konvinti li l-gvern m’huwiex korrott.

Dawn ir-riżultati ifissru li 58.4% tal-poplu Malti, ma humiex konvinti li l-gvern huwa korrott.

Sadanittant Simon Busuttil jibqa’ jħanbaq u jwerżaq.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page