Il-magħżul ta’ Eddie, Gonzi u Simon li mar jipprotesta jagħti l-konsulenza lil kumpanija msemmija fil-Panama Papers
Updated: Sep 21
L-aħħar dehra f’attivita pubblika ta’ Noel Buttigieg Scicluna kienet nhar is-Sibt li għadda meta mar ma’ Simon Busuttil jipprotesta kontra l-Panama. Illum nafu li l-ex Ambaxxatur Noel Buttigieg Scicluna jagħti konsulenza lil kumpanija EMD ta’ oħt Richard Cachia Caruana li hija l-iktar kumpanija li għanda links u klijenti minn fost il-Maltin kollha msemmija fil-Panama Papers.
L-EMD ta’ Cachia Caruana għandha link diretta ma’ 72 kumpanijia. Fir-ritratt ta’ fuq, l-ex Ambaxxatur, l-ex Deputat u ex segretarju internazzjonali tal-PN jihder ma’ Simon Busuttil u l-girlfriend tiegħu
Noel Buttigieg Scicluna għandu kredibilita ta’ barra minn hawn dwar il-governanza. Għalhekk ħass id-dover li jinġabar ma’ Simen biex jipprotesta.
Noel dejjem mexa ‘l quddiem fil-ħajja sempliċiment għaliex hekk kien jistħoqqlu. Ir-raġel dejjem mexa b’retezza liema bħalha.
Qatt ma aċċetta xi kariga għaliex kien jaf lil dak jew lil ieħor. Noel Buttigieg Scicluna sempliċiment ikkontesta 4 elezzjonijiet ġenerali mal-PN. Kien membru parlamentari tal-PN bejn l-1981 u l-1987.
Qabel l-1987 kien ukoll Segretarju Internazzjonali tal-PN. U dan hu biżżejjed biex snin wara jinħatar Ambaxxatur.
Bejn Mejju 1987 u Settembru 2008 taħt gvernijiet differenti Nazzjonalisti, Noel Buttigieg Scicluna intagħżel għal numru ta’ drabi biex bħala person of trust ikun Ambaxxatur għal Malta.
Bejn Ottubru tal-2003 u Lulju tal-2008 intagħżel biex ikun Ambaxxatur għall-Ungerija u għad-Danimarka.
Tħallas iktar minn €7,000 fix-xahar. B’kollox bħala Ambaxxatur f’dawn iż-żewġ pajjiżi Noel Buttigieg Scicluna tħallas mas-€700,000.
L-Ambaxxata tal-Ungerija damet miftuha inqas minn sentejn. Meta spiċċa minn Ambaxxatur wara l-2008, regġħu ħadu ħsiebu.
Taħt Gonzi PN Noel Buttigieg Scicluna reġa’ intagħżel biex bħala person of trust ikun Segretarju ta’ 7 bordijiet differenti; tal-Enemalta, tal-ARMS Limited, tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, tal-Awtorita’ Marittima Maltija, tal-ADT, ta’ Transport Malta u tal-kumitat tal-awditjar ta’ Transport Malta. Xempju ħaj ta’ governanza mill-aqwa !
Għal dax-xogħol tħallas €110,000 oħra.
Wara l-aħħar elezzjoni ġenerali, Noel Buttigieg Scicluna sar wiehed mill-maghzulin ta’ Simen, meta dan hatru fuq il-Kummissjoni li qed taghzel il-Kandidati tal-PN ghall-elezzjoni generali li jmiss.
X’ma jipprotestax fuq il-governanza ma Simen !
Comments