top of page

Il-magna tal-PN taħdem bil-Heavy Fuel Oil

Archive
Oct 15, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Simon Busuttil qalilna li startjaw il-magna elettorali. Imma dan ma kienx qal li startjawha fl-Indipendenza? Sinjal li kienet intfietlu.

Il-magna taħdem bil-Heavy Fuel Oil għax huwa s-sors ta’ enerġija favorit mill-PN u għax il-magna li għandhom hija waħda antika li ppruvaw jimmodernizzawha iżda mhux qed jirnexxilhom.

Huwa fatt li il-magna li għandhom tħammeg ħafna. Din il-magna ilha mixgħulha għax ilhom iħammġu. Issa għandha bżonn tindifa waħda sew imma ma hemmx ħeġġa li titnaddaf.

Inutli Simon Busuttil jgħidilna li startja l-magna politika ta’ tmexxija onesta, għax sakemm jibqa’ mdawwar bl-istess nies li ilhom jikkontrollaw il-partit mis-snin sebgħin, il-magna se tibqa’ maħmuġa u se tibqa’ tniġġeż kullimkien.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page