Il-MAM trid titfa’ direttur il-ħabs malli tieħu l-kariga u mejta biex taqla’ inkwiet industrijali
Updated: Sep 21
Ġimgħa wara l-oħra l-Assoċjazzjoni Medika Maltija qed tara kif tagħmel biex taqla’ inkwiet industrijali. L-aktar wieħed viċoferu fost l-Assoċjazzjoni huwa Martin Balzan li aktarx se jkun kandidat tal-PN għall-elezzjoni ġenerali li jmiss.
Fil-ġimgħat li għaddew ħadha qatta’ bla ħabel kontra l-gvern f’diversi okkażjonijiet dwar kwestjonijiet bħalma huma l-waiting lists u l-operazzjonijiet fost affarijiet oħra.
Illum, qed jipprotesta kontra l-persuna li jidher illi intgħażlet biex tmexxi d-Dipartiment għal Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni mil-Mard. Il-MAM marret il-Qorti biex tipprotesta kontra l-persuna li mill-informazzjoni li għandi, hija dentista u ilha żmien twil taħdem fis-servizz pubbliku.
Għalhekk għandha esperjenza vasta u kkwalfikata biex isservi f’din il-kariga. Iżda bħad-deċiżjonijiet l-oħra, l-MAM din id-deċiżjoni ma għoġbitiex.
l-Assoċjazzjoni tat-Tobba qed tgħid li l-liġi tipprekludi lil gvern milli jaħtar persuna li ma tkunx tabib f’kariga bħalma hi dik ta’ Direttur għal Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni mill-Mard.
Il-MAM, alleata oħra storika tal-PN, qed tgħid li malli l-persuna tieħu l-kariga tkun qed tikkommetti reat u għalhekk se tkun ħatja ta’ offiża kriminali punibbli b’sentenza ta’ ħabs.
Ikun aħjar li kieku Martin Balzan jiddikjara l-interess tiegħu u jgħid li se jkun kandidat mal-PN għall-elezzjoni ġenerali, b’hekk inkunu nafu l-motivazzjoni tiegħu wara attakki bħal dawn.
Comments