Il-pagi tal-persons of trust ta’ Simon Busuttil
Updated: Sep 21
Simon Busuttil kien ħa ħsiebhom lin-nies tiegħu fl-MIC u tahom pagi tajbin bl-approvazzjoni ta’ Richard Cachia Caruana li meta l-PN kien fil-gvern ma kienetx tgħaddi dubbiena li ma jkunx jaf biha. Illum jagħmel l-istess fid-Dar Ċentrali għalkemm ma jkunx ta’ spiss lejn tal-Pieta.
Għal min kien fil-good books ta’ Cachia Caruana kien igawdi mal-PN u Simon Busuttil kien minn dejjem fil-good books ta’ Richard Cachia Caruana u lil dawn li għażel biex jaħdmu bħala persons of trust ħa ħsiebhom ukoll.
Dawk li daħlu jaħdmu bħala administration assistants u support officers mal-MIC fl-1999 bdew b’paga ta’ €9,300 iżda eventwalment il-paga tagħhom telgħet għal €11,500 waqt li kellhom allowance ta’ €2,400 oħra
Dawk li daħlu jaħdmu bħala media officers u research analysts mal-MIC fl-1999 bdew b’paga ta’ €13,000 iżda eventwalment il-paga tagħhom telgħet għal €18,000 waqt li kellhom allowance ta’ €6,600 oħra
Tnejn minn dawk li intgħażlu bħala persons of trust minn Simon Busuttil biex jaħdmu miegħu fl-MIC eventwalment spiċċaw anki jaħdmu bhala persons of trust fis-segretarjat privat tal-Ministru tal-Affarijiet Barranin
Edward Demicoli wara li spiċċa mill-MIC, bejn l-2003 u l-2005 ħadem bħala person of trust fil-kariga ta’ communications coordinator fis-Segretarjat Privat tal-Ministru tal-Affarijiet Barranin u kien anki kandidat mal-PN ghall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew fl-2009. Qabel daħal l-MIC Demicoli, li ġej minn familja ta’ Nazzjonalisti prominenti, kien jaħdem ma’ Radio 101.
Fabio Pirotta wara li spiċċa mill-MIC, bejn l-2003 u l-2004 ħadem bħala person of trust fis-Segretarjat Privat tal-Ministru tal-Affarijiet Barranin u bejn l-2004 u l-2005 imbgħad ħadem anki fl-Ambaxxata Maltija fl-Irlanda. Il-familja Pirotta fin-Naxxar magħrufa sew u oħtu Cecilia wkoll kellha diversi karigi taħt Cachia Caruana.
Tnejn minn dawk li intgħażlu bħala persons of trust minn Simon Busuttil, Elaine Cordina u Matthew Saliba – eventwalment spiċċaw anki jaħdmu bħala persons of trust miegħu u ma’ David Casa meta saru Membri Parlamentari Ewropej
Comments